system message icon
Corvers Survey

Corvers Survey hu sistema ta’ mmaniġġjar tal-istħarriġ onlajn sabiex jinħolqu u jiġu ppubblikati formoli li jkunu disponibbli għall-pubbliku, eż. stħarriġiet dwar is-sodisfazzjon tal-utenti u konsultazzjonijiet pubbliċi. L-għan ewlieni tiegħu huwa li joħloq stħarriġiet tal-opinjoni pubblika u formoli uffiċjali għall-komunikazzjoni interna u għall-immaniġġjar tal-istaff, eż. stħarriġiet tal-opinjoni tal-persunal u formoli ta’ evalwazzjoni jew reġistrazzjoni.

Corvers Survey jipprovdi varjetà wiesgħa ta’ elementi użati f’formoli, li jvarjaw minn dawk sempliċi (eż. test ta’ mistoqsijiet u mistoqsijiet b’għażla multipla) għal dawk avvanzati (eż. spreadsheets li jistgħu jiġu editjati u elementi multimedjali).

/home/welcome

Karatteristiċi

Corvers Survey għandu varjetà wiesgħa ta’ karatteristiċi, imfassla biex jissodisfaw il-ħtiġijiet differenti tal-istħarriġiet. Il-lista sħiħa ta’ karatteristiċi disponibbli huma mogħtija hawn taħt:

Karatteristiċi tal-Formola

Formoli mfasslin apposta

Fl-editur li hu faċli għall-użu tista’ tagħżel minn varjetà ta’ tipi ta’ mistoqsijiet - minn test sempliċi għal mistoqsijiet b’għażla multipla kif ukoll mistoqsijiet tal-ispreadsheet jew elementi għal stħarriġ multimedjali. Agħti struttura lill-istħarriġ tiegħek bl-użu ta’ elementi strutturali speċjali.

Mistoqsijiet dipendenti

Corvers Survey jista’ juri mistoqsijiet u oqsma addizzjonali, skont it-tweġibiet mogħtija mill-parteċipant biex b’hekk l-istħarriġ ikun interattiv.

Pubblikazzjoni skedata

Ippubblika u neħħi mill-pubblikazzjoni l-istħarriġ tiegħek awtomatikament f’mument speċifiku.

Immodifika l-formola tiegħek wara l-pubblikazzjoni

Inti tista’ tbiddel stħarriġ ippubblikat mingħajr ma tintilef ebda kontribuzzjoni.

Lingwi

L-interface tal-utent hu disponibbli fi 23 mil-Lingwi uffiċjali tal-UE, u tista’ tittraduċi l-formola tiegħek fi kwalunkwe waħda mill-136 lingwa koperti minn ISO 639-1, mill-Abkażi saż-Żulu.

Sigurtà

Corvers Survey għandu l-infrastruttura meħtieġa biex il-formoli onlajn ikunu siguri.

Ibgħat inviti direttament mill-applikazzjoni

Fil-"Ktieb tal-Indirizzi" tista’ timmaniġġja kuntatti magħżula u tista’ tużah biex tibgħat emails individwali lil kull kuntatt uniku li jkun fih links ta’ aċċess individwali.

Privatezza avvanzata

Inti tista’ tiggarantixxi privatezza tal-parteċipant permezz tal-ħolqien ta’ formola anonima. Għalhekk, id-dettalji tal-konnessjoni ma jkunux disponibbli għalik bħala awtur ta’ formola.

Ippersonalizza d-dehra u l-impressjoni

Bl-editur tal-istil CSS integrat u edituri tat-tip embedded rich-text għall-elementi kollha viżibbli, int għandek il-kontroll sħiħ fuq il-mod kif tkun imqassma l-formola. Hemm lista kbira ta’ temi tal-istħarriġ li tagħmilha faċli biex taddatta l-formola għal identità ta’ proġett. Tista’ tagħżel bejn stħarriġ ta’ paġna waħda u stħarriġ b’iktar minn paġna waħda.

Issejvja kontribuzzjoni bħala abbozz

Tista’ tippermetti lill-parteċipanti jissejvjaw il-kontribuzzjoni tagħhom bħala abbozz fuq is-server u jkomplu aktar tard.

Tweġibiet offlajn

Bis-saħħa ta’ Corvers Survey, tista’ twieġeb formola offlajn qabel ma tippreżenta kontribuzzjoni lis-server fi stadju aktar tard.

Numerazzjoni awtomatika

Biex tistruttura l-istħarriġ tiegħek, Corvers Survey jista’ jagħti numru lill-elementi tal-formola tiegħek għalik.

Kuntrast imsaħħaħ

Il-parteċipanti li għandhom problemi fil-vista jistgħu jagħżlu verżjoni b’kuntrast qawwi tal-istħarriġ. Din tinħoloq awtomatikament għal kull formola.

Applowdjar ta’ fajls ta’ appoġġ

Tista’ żżid fajls mal-istħarriġ tiegħek billi tapplowdjahom. Dawn il-fajls jistgħu jiġu ddawnlowdjati minn kull parteċipant fl-istħarriġ tiegħek.

Immaniġġjar tal-formola

Pubblikazzjoni ta’ stħarriġ

Tista’ tagħżel li tippubblika l-istħarriġ tiegħek awtomatikament fil-"lista ta’ stħarriġ pubbliku" fuq Corvers Survey, biex ikun aktar fid-dieher.

Naħdmu flimkien

Għal stħarriġiet immaniġġjati minn utenti multipli, Corvers Survey jippermettilek tiddefinixxi permessi avvanzati għal utenti oħra biex jittestjaw stħarriġ jew janalizzaw ir-riżultati.

Immaniġġjar tar-Riżultati

Analiżi tar-riżultati tiegħek

Corvers Survey joffri kapaċitajiet bażiċi tal-analiżi tar-riżultati u viżwalizzazzjoni tad-dejta f’istogrammi u grafiċi. Tista’ wkoll tesporta r-riżultati tal-istħarriġ għal formati standard ta’ spreadsheets sabiex timpurtahom f’applikazzjonijiet tal-istatistika.

Pubblikazzjoni tar-riżultati tiegħek

Uża l-possibilitajiet li joffri Corvers Survey biex tippubblika subsett tat-tweġibiet kollha mogħtija fuq il-paġni interni tal-applikazzjoni. Is-sistema tista’ tikkalkula u toħloq statistika u grafiki b’mod awtomatiku.

Editjar tal-kontribuzzjonijiet sottomessi

Ħalli lill-parteċipanti tiegħek jimmodifikaw kontribuzzjoni wara li tkun ġiet sottomessa, f’każ li jkunu jixtiequ jagħmlu dan.

Teknoloġiji ta’ terzi partijiet

Corvers Survey huwa bbażat fuq bosta libreriji ta’ sors miftuħ u riżorsi b’xejn.

Teknoloġiji ta’ partijiet terzi

Corvers Survey hu bbażat fuq diversi libreriji b’sors miftuħ u riżorsi bla ħlas.
Il-krediti u l-lista tar-riżorsi użati huma aċċessibbli eżattament wara.

Ara l-lista

Software licence and credits

The software of this service is a modified version of EUSurvey, developed by the European Commission and published as open-source software.

This instance has been modified by Corvers since 14 September 2026: rebranding for Corvers, removal of the European Commission and EUSurvey visual identity, replacement of the terms, privacy and data-protection texts, and deployment changes. The complete list with dates is distributed with the software as MODIFICATIONS and is available at /MODIFICATIONS.txt.

The software is licensed to you under the EUPL v1.2, which grants the right to use, modify and redistribute it provided the notices are kept, the modifications are declared, and the result remains under the EUPL v1.2 or a compatible licence. The licence text is distributed with the software (LICENSE.txt) and the third-party notices in NOTICE.txt. These rights concern the software; use of this hosted service is governed by the Terms of Service.

“European Union”, “European Commission” and “EUSurvey” are names and trademarks of the European Union, used here only to identify the origin of the software. Their use does not imply any endorsement of this service by the European Union or the European Commission.